Il-faċilitajiet sportivi huma mmexxija minn organizzazzjoni volontarja, Xewkija Tigers FC, li għandhom ukoll ‘nursery’ għat-tfal. Fl-iskola hemm servizz relatat ma’ skema, li tissejjaħ ‘Sports on the Move’ fejn it-tfal huma mgħallma suġġett tal-isport mis-2.30pm sat-3.30p.m. Dan iseħħ nhar l-Erbgħa. Kull nhar ta’ Tlieta u Ħamis hemm ‘General and Fitness Aerobics’ li jdumu siegħa. Fl-iskola hemm grawnd tal-ħaxix u grawnd ieħor fejn jitħarrġu l-plejers. Id-daħla tinsab fi Triq Jean De La Vallette.